Maltesische Märchen, Gedichteund Volkslieder im Original und indeutschen ÜbersetzungenLeipzig 1904 und 1909
Il- Folklor f'Malta
Għalkemm 93 kilometru biss fin- nofsinhar ta' Sqallija, il- gżejjer Maltin qatt ma kienu ċ- ċentru għall-istħarriġ jew il- post għall- ġbir għall- etnografi Vjenniżi jew għal dawk li għandhom x'jaqsmu ma'Vjenna, kif kien il- każ ta' reġjuni aktar differenti ta' l- Italja. Anki jekk kien hemm vjaġġi ta' btala jewedukattivi lejn Malta, xejn ma wasal għall- ġabriet tal- Mużew Awstrijakk tal- Ħajja u l- Arti Folkloristika.Michael u Arthur Haberlandt, Rudolf Trebitsch u Eugenie Goldstern kienu qed ifittxu għal xi ħjilijietta' tifkiriet antiki li seta' kien hemm tal- kultura materjali u tal- modi ta' l- għajxien. L- istess EmmerichPrettenhofer, li kien qagħad ifittex sa l- Italja tat- Tramuntana, l- aktar fi Frijuli, il- Wied Aosta, Pjemonte,u fil- Campagna Romana sal- Kalabrija. Wieħed jista' jsib ukoll inventarju akbar ta' l- affarijiet tad- dar ur- reċipjenti minn Sardinja u Sqallija.
Il- modi ta' l- għajxien tas- soċjetà pre- industrijali fiż- żewġ gżejjer kbar li għadna kemm sem-mejna jistgħu ma jkunux differenti wisq minn ta' Malta u Għawdex. Wara preistorja varjata Maltakellha x'taqsam mill- qrib ma' l- ikbar gżira ta' ħdejha mis- seklu ħdax sas- seklu sittax. Dan inbidelfl- 1530 meta Malta waqgħet f'idejn il- Kavallieri ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm li influwenzaw tantil- ħajja kulturali u poltika tal- gżira. Wara l- ħakma qasira tal- Franċiżi fiż- żmien Napoljoniku, Maltawaqgħet f'idejn l- Ingliżi li mexxew kif riedu huma u mhux biss l- iżvilupp lingwistiku tal- gżira. Minħabbal- influwenzi barranin mill- Fenici, mill- Għarab, mill- Ispanjoli, mill- Ordni ta' San Ġwann, mill- Franċiżi,mit- Taljani, u mill- Inglizi, Malta żviluppat l- identità tagħha fir- reġjun tal- Mediterran. Jidher li hi lestabiex tgħaddi minn mogħdija ġdida fost sħabha tal- ġejjieni fl- Unjoni Ewropea. M'hemmx pajjiż ieħorimsieħeb ħlief Malta li kiseb daqstant konċessjonijiet fin- negozjati. Dan mhux biss għandu x'jaq-sam mal- lingwa Maltija, li bis- sotto- struttura Semitika tagħha u s- sopra- struttura Romanza uIngliża, u mitkellma minn madwar 400,000 ruh, u daqshekk ieħor saret magħrufa bħala lingwauffiċjali ta' l- Unjoni Ewropea, imma wkoll mal- jeddijiet tradizzjonali bħal dawk li għandhomx'jaqsmu mal- kaċċa u ma' l- insib ta' għasafar ta' l- għana.
Il- lingwa u l- kultura folkloristika kif jixhduha l- ħrejjef, il- leġġendi, l- għana, u l- ħwejjeġ moħġaġa,mhux biss sawru l- folklor Malti bħala wieħed mill- oqsma ta' min isemmihom għall- istudju xjentifiku,imma ġibdu wkoll xi lingwisti minn pajjiżi oħra, fosthom Reinhold Kontzi. Xogħolhom wasal fil-librerija tagħna, fejn hawn xi edizzjonijiet ta' testi paralleli bil- Malti u l- Ġermaniż. Felix Karlinger,Hans Stumme u Bertha Ilg ippubblikaw u taw ġieħ lin- narrattiva folkloristika u lill- għana. Il- folkloristaMalti G. Cassar- Pullicino għadda lill- mużew manuskritt ittajpjat fuq l- istorja tar- riċerka tal- ħrejjefMaltin. Ġorġ Mifsud- Chircop, folklorista antropoloġiku kontemporanju, studja u għamel werrejukoll tat- tipi għall- kultura narrattiva folkloristika Maltija, daħħal l- istudji folkloristiċi fl- Universitą ta'Malta( 2001), organizza l- għana Malti fuq sisien sodi bis- saħħa tal- Festival Nazzjonali ta' l- Għanata' kull sena( 1998-), ipproduċa u xandar sitta u għoxrin dokumentarju awdjo- viziv fuq is- snajja'Maltin, u daħħal perspettiva xjentifika fir- riċerka u l- analiżi tal- folklor Malti bis- saħħa tal- bosta studjitiegħu bil- Malti, bl- Ingliż u bit- Taljan- tnejn minnhom qegħdin fil- mużew tagħna.
43
43
Malta