Spitzendeckchen, Lace
Konsilja Debono, Rabat- Malta
Ø 26 cm
39
Malta
Il- Bizzilla ta' Malta
Il- bizzilla f'Malta tmur lura sas- seklu sittax. F'Malta u Għawdex ta' nofs is- seklu sbatax il- bizzillakienet diġà daħlet sewwa. Wara żmien twil ta' għaks, il- bizzilla reġgħet tqajmet f'Għawdex bl- is-forzi ta' Dun Ġwann Curmi u Marjanna Attard. Din kienet taħdem bit- teknika tat- trajbu bħal ta'Genova u bdiet iddaħħal dizinji ġodda. L- esperimenti tagħha maż- żmien qabdu sewwa bis- saħħatal- għajnuna ta' oħtha Ġinisja u xebbiet oħra.
Aktar' il quddiem f'dak is- seklu u bis- saħħa ta' l- isforzi kbar ta' Dun Ġużepp Diacono( 1847-1924) mix- Xagħra- Għawdex, il- ħidma tal- bizzilla tqiegħdet fuq sisien sammi. Barra minn hekkDiacono kien ipinġi u jdaħħal disinji ġodda minn tiegħu, li issa ilhom sewwa li saru karatterisitiċiewlenin tal- bizzilla ta' Malta. Fetah xi centri għat- tagħlim tal- bizzilla, ħareġ il- ktieb mill- aqwatiegħu Bizzilli li Jinħadmu Malta( 1920) għat- tagħlim tal- ħaddiema tal- bizzilla fil- ġejjieni. Sal- bidutal- għoxrinijiet tas- seklu għoxrin mas- 7,000 bejn nisa u xebbiet kienu qegħdin ifenduha fix- xogħoltal- bizzilla, u l- qligħ kien qed ilaħħaq is- somma sabiħa ta' Lm31000 fis- sena.
Il- bizzilla ta' Malta nistgħu nqisuha bħala għaqda tax- xogħol tar- retiċella u tal- bizzilla kwadrukwadru( filet). Hi unika, bħal kull kultura oħra. Għalhekk fiha t- terminoloģija kuntestwali tagħha,fosthom it- trajbu( il- kelma mnissla minn' tarbija' fid- diminuttiv, bħal fil- każ ta' bieba li ssirbwejba), u mbagħad alfabetikament, il- brimba, il- festun ta' l- istilla, il- festun tal- warda, il- fillieribil- labra, il- kaladindja, il- kannizzata, il- lewża, il- moska, il- moska fuq it- torxon, l- imrewh- a, in- nofspunt- torxon, il- punt fuq il- labra, il- punt Ingliz, il- punt rossa, il- punt tal- balla, il- punt tal- kaxxi,is- salib tal- kavallieri, u it- tila mal- fillieri.
F'Malta tal- lum, bis- saħħa ta' l- isforzi ta' Konsilja Azzopardi, Għawdxija li jisthoqqilha tkunta' wara Dun Diacono, u ta' ħafna g] alliema ddedikati oħra, ix- xogħol tal- bizzilla għadu sengħa ħajjaf'bosta rhula u bliet. Jum il- bizzilla qed ikun imniedi wkoll kull sena.
Daqsxejn bizzilla bil- motif tas- Salib ta' Malta hi rigal kulturali uniku u tipiku tal- Gżejjer Maltingħall- qraba u l- ħbieb ta' dak li jkun.